L-UE se tiffirma mal-Ukraina l-ftehim li ma riedx Yanukovych

Illum l-Unjoni Ewropea mistennija tiffirma ftehim kummerċjali mal-Ukraina – l-istess ftehim li l-eks President Ukren Viktor Yanukovych naqas milli jiffirma f’Novembru li għadda u li wassal għall-kriżi fil-pajjiż.
Barra minn hekk l-Unjoni Ewropea imponiet sanzjonijiet fuq 12-il uffiċjal ieħor talli għenu fil-proċess biex il-Krimea ma tibqax mal-Ukraina u tingħaqad mar-Russja.
Il-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy qal li azzjonijiet oħra mir-Russja biex inaqqsu mill-istabbiltà tal-Ukraina se jwasslu għal aktar konsegwenzi.
Is-sanzjonijiet ġew imposti sigħat biss wara li l-President Amerikan Barack Obama ħabbar aktar sanzjonijiet kontra r-Russja.