“L-UE qed tikser il-liġi internazzjonali tal-baħar”

FILE PHOTO: An European Union flag flutters above the Germany's Christian Democratic Union party (CDU) headquarters after first poll results of the European Parliament elections in Berlin, Germany, May 26, 2019. REUTERS/Hannibal Hanschke

Read in English.

Għassies tad-drittijiet Ewropej qal li l-Unjoni Ewropea qed tikser il-liġi internazzjonali aktar kemm isir konservattiva fejn tidħol il-migrazzjoni, b’mod speċjali s-salvataġġ ta’ persuni minn fuq il-baħar. Ġie spjegat li dan l-element mhux parti mill-pjan ta’ azzjoni tal-bloc għall-ħames snin li ġejjin.

L-Unjoni Ewropea saret aktar strinġenti fuq l-immigrazzjoni mill-2015 minħabba żieda ta’ persuni li baħħru fil-Mediterran. Din iż-żieda kienet ta’ sorpriża għall-bloc u wasslet sabiex jiġġebdu r-riżorsi soċjali u ta’ sigurtà filwaqt li serva sabiex jikber is-sapport għall-ideoloġiji lemini u ewroxettiċi.

L-Unjoni Ewropea qed tkun aktar stretta fuq il-fruntieri tagħha u l-liġijiet tal-ażil, kif ukoll fejn tidħol l-għajnuna li tingħata lil Stati li mhumiex parti minnha. Il-bloc ta’ 28 pajjiż mistenni jikkonferma li jikkommetti ruħu lejn dawn il-policies fl-aġenda strateġika għall-2019 sal-2024. Dokument li se jiġi approvat waqt summit fi Brussell il-Ħamis u l-Ġimgħa. Abbozz tiegħu wasal għand Reuters.

Ir-rapport jgħid li l-kontroll effettiv tal-fruntieri esterni huwa prerekwiżit assolut sabiex jiggarantixxi s-sigurtà, tinżamm l-ordni u l-liġi u tassigura li l-policies tal-Unjoni Ewropea jaħdmu kif suppost.