L-UE ma taqbilx mas-sanzjonijiet Amerikani fuq l-Iran

L-Unjoni Ewropea qalet li ddispjaċiha ħafna li l-Amerika reġgħet imponiet sanzjonijiet kontra l-Iran, u se taħdem sabiex iżżomm kanali finanzjarji mal-Iran miftuħin.

“Il-bqija tal-partijiet tal-JCPOA impenjaw ruħhom sabiex jaħdmu fuq il-preservazzjoni u l-manutenzjoni ta’ kanali finanzjarji effettivi mal-Iran, u t-tkomplija tal-esportazzjoni taż-żejt u l-gass”.

Is-Segretarju tal-Istat Mike Pompeo qal nhar il-Ħadd, li l-Istati Uniti bi ħsiebhom jinfurzaw bis-sħiħ sanzjonijiet li se jiġu imposti mill-ġdid kontra l-Iran fuq ordnijiet tal-President Donald Trump.