L-UE b’obbligu morali biex tghin fl-immigrazzjoni – Kummissarju Ewropew

christosstylianides

Read in English.

Il-Kummissarju Ewropew Christos Stylianides qal li l-għajnuna fl’immigrazzjoni hija dmir morali. Huwa qal li bil-baġit propost għall-immigrazzjoni fil-qafas finanzjarju multiannwali, huwa jemmen li l-UE tista’ verament tagħmel differenza fil-prattika. “Għandna obbligu morali li ngħinu, nagħtu għajnuna umanitarja, b’imparzjalità, irrispettivament mir-razza, ir-reliġjon jew kull ħaġa oħra”, qal il-Kummissarju Stylianides f’kummenti lil Newsbook.com.mt.

L-ekonomija fattur importanti biex tissovla l-krizi tal-immigranti – Daul

Il-President tal-Partit Popolari Ewropew, Joseph Daul qal li l-problema tal-immigrazzjoni ma tistax tiġi solvuta jekk il-problemi ekonomiċi tal-Afrika ma jiġux solvuti; tal-aħħar hija ċ-ċavetta għal dik tal-ewwel. Huwa kien qed jitkellem ma’ Newsbook.com.mt qabel il-Kunsill tal-UE, aktar tard din il-ġimgħa.

Daul qal li l-Ewropa u l-popli Ewropej għandhom jinvestu fl-Afrika u jgħinu aktar fl-iżvilupp ta’ dawn l-istess pajjiżi. Huwa kien pożittiv li tinstab soluzzjoni mhux biss għas-sitwazzjoni preżenti iżda għall-ġejjieni wkoll.

Il-pożizzjoni ta’ Daul hija riflessa fl-osservazzjonijiet magħmula minn nies qrib il-Kummissjoni Ewropea waqt li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt dwar il-qafas finanzjarju plurijennali li se jiġi diskuss aktar tard din is-sena.