L-UE bi €3.9 miljun f’għajnuna lil dawk li ħarbu lejn it-Turkija

Il-Kummissjoni Ewropea se tagħti €3.9 miljun f’għajnuna umanitarja urġenti għall-eluf ta’ persuni li marru fit-Turkija fl-aħħar ġimgħat wara l-ġlied fir-raħal Sirjan ta’ Kobani.
Aktar minn 180,000 Sirjan ħarbu lejn it-Turkija kawża tal-ġlied f’Kobani.
Dan kien l-akbar influss ta’ Sirjani lejn it-Turkija sa mill-bidu tal-kriżi f’dawn l-aħħar tliet snin.
Kobani li jinsab qrib il-fruntieri mat-Turkija kien fil-mira tal-ISIL tul dawn l-aħħar tliet ġimgħat.
Il-fondi umanitarji se jgħinu biex ikun ipprovdut ilma nadif, kenn u mediċina għar-refuġjati.