L-UE b’miżura biex tonqos il-veloċità fit-toroq

L-Unjoni Ewropea qed tippjana li tintroduċi miżura fejn il-karozzi kollha fit-toroq Ewropej ikollhom installat ‘speed limiter’ biex il-vetturi ma jaqbżux il-100 kilometru fis-siegħa.

Dan sabiex l-inċidenti fit-toroq jonqsu sostanzjalment.

Din it-teknoloġija l-ġdida se tippermetti li permezz ta’ kamera apposta l-magna tal-karozza tuża l-brejks biex tnaqqas il-veloċità kif indikat fuq it-tabelli fit-toroq.

Il-Kummissjoni Ewropea trid li din il-miżura tidħol fis-seħħ fi sforz li jonqsu l-imwiet fit-toroq li jammontaw għal aktar minn 30,000 fis-sena.