L-udjenza ta’ Newsbook.com.mt tikber b’40%

Miguela Xuereb

L-għadd ta’ nies li daħlu biex jaqraw Newsbook.com.mt bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena huwa ta’ 40% ogħla mill-għadd ta’ nies li daħlu fi Newsbook fl-istess żmien tas-sena l-oħra.

Dawn iċ-ċifri huma meħuda mill-Google Analytics li kull ħin tal-ġurnata jagħti tagħrif dettaljat dwar kemm ikun hemm nies fuq kull websajt. Apparti żieda kbira fl-għadd ta’ nies li jaqraw Newsbook.com.mt, kien hemm żieda enormi ta’ 108% fl-għadd ta’ paġni li nqraw din is-sena fuq is-sena l-oħra. Żdied ħafna wkoll il-ħin li l-qarrejja jagħmlu fuq Newsbook.com.mt

Il-paġna ta’ Facebook tal-verżjoni Maltija ta’ Newsbook hija segwita minn 110,000 persuna.

Kemm ilha li bdiet ir-riforma fil-media tal-Knisja, Newsbook.com.mt stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-websajts tal-aħbarijiet f’Malta l-aktar imfittxija mill-qarrejja. Iż-żieda fil-qarrejja minn meta bdiet ir-riforma fl-2017 kienet ta’ 65%.

Stejjer esklussivi u b’valuri

Newsbook.com.mt – fil-verżjoni bil-Malti u dik bl-Ingliż – iwassal l-aħħar aħbarijiet b’enfasi fuq stejjer oriġinati mill-ġurnalisti tagħna, stejjer esklussivi u rapporti mdawla mill-valuri nsara.

Newsbook.com.mt ta importanza kbira lid-dimensjoni umana tal-kriżi tal-immigrazzjoni u billi xandar stejjer li saru bil-kollaborazzjoni ta’ Nello Scavo – wieħed mill-aqwa ġurnalisti Taljani. Kien Newsbook.com.mt li ħabbar li l-immigranti kienu se jitqiegħdu fuq il-vapuri tal-Captain Morgan. Kellna wkoll diversi editorjali dwar is-suġġett.

Kien Newsbook.com.mt li ħabbar li l-Papa kien se jiġi Malta u li ta informazzjoni dwar il-programm. Għax kif mistenni Newsbook.com.mt jagħti importanza kbira lil ġrajjiet dwar il-Knisja. Kif bdiet il-pandemija bdejna nxandru l-quddies li kien isir fil-Kurja u minn Marzu ‘l hawn kien hemm aktar minn 40,000 click fuq l-quddiesa tal-gurnata.

Stejjer oħra pubblikati fuq Newsbook.com.mt din is-sena: