L-uċuħ ta’ dawk li ħallejna jmutu fil-Mediterran

Avvenire.it

Read in English.

Filwaqt li Malta, l-Italja, u l-Unjoni Ewropea kienu qed jillatikaw dwar id-drittijiet tagħhom, 12-il persuna tħallew imutu fil-baħar filwaqt li ż-żewġ pajjiżi Kattoliċi kienu qed jiċċelebraw l-Għid il-Kbir.

Is-sit Kattoliku Avvenire enfasizza li l-maġġoranza ta’ dawk li tħallew imutu kienu Kattoliċi. Il-ġurnalist investigattiv Nello Scavo żvela l-uċuħ ta’ sitta minnhom.

Scavo jikteb li kienu 12 – seba’ għerqu u ħamsa mietu huma u sejrin lejn l-Libja. Żvela wkoll l-ismijiet tagħhom: Omar, Mogos, Hzqiel, Hdru, Huruy, Teklay, Nohom, Kidus, Debesay, u tlieta jisimhom Filmon. Kollha kienu Kattoliċi ħlief għal Omar, qalu dawk li salvaw.

Dawk li mietu ħadu l-aħħar nifs tagħhom il-lejl ta’ wara l-Għid. Dan wara li għamlu tliet ijiem u tliet iljieli fil-baħar. Kienu għajjenin, bil-ġuħ, u kellhom is-snieter ippuntati lejhom jikteb Scavo. Qal li kellhom it-tama li jaħarbu mill-mewt fil-Libja u li jkollhom futur fl-Ewropa Nisranija.

Kienu żgħażagħ bejn it-18 u l-25 sena u għal uħud minnhom dan kien it-tieni attentat tagħhom. Intqal li kienu jafu xi jkun ifisser li jinqabdu u li jingħataw f’idejn dawk li jittorturawhom.

Fis-16 ta’ April l-għaqda Repubblika għamlet żewġ denunzji għand il-Kummissarju tal-Pulizija wara allegazzjonijiet li qalu li patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta poġġew ħajjet grupp ta’ immigranti f’periklu fuq il-baħar. Il-Prim Ministru Robert Abela kkundanna t-talba biex issir investigazzjoni. Abela appoġġja lill-armata li qal li spiċċat ‘ipparalizzata’ minħabba l-inkjesta li qed issir mill-qrati.

Fis-17 ta’ April, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi qal li ħadd minn dawk li ħalaq Alla ma hu nofs bniedem.

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex talbu lill-Vatikan biex jintervjeni fil-kriżi dwar l-immigranti fil-Mediterran.