L-UCC tagħti struzzjonijiet biex il-Cabin Crew ma jaħdmux fil-ġranet off tagħhom

Il-Cabin Crew tal-Air Malta rċievew struzzjonijiet mill-Unjin tagħhom biex ma jidħlux għax-xogħol fil-ġranet off tagħhom.

Fi stqarrija, l-Unjin tal-Cabin Crew qalet li l-ħaddiema bidlu r-roster tagħhom ħafna drabi biex ikunu flessibli kemm jistgħu. Ġara iżda, spjegat l-istess Unjin, li għadd ta’ ħaddiema bdew jaħdmu fil-ġranet off tagħhom u b’hekk ħadmu iktar mit-12-il xahar limitu li għandhom fil-kuntratt.

L-Unjin qalet li din il-problema ilha għaddejja għal xhur sħaħ u bosta ħaddiema li jitolbu l-leave, ma bediex jingħatalhom. Finalment, l-Unjin qalet li filwaqt li jiddispjaċiha li kellha tasal sa dan il-punt, il-pubbliku għandu jkun jaf għalfejn tressqet din l-azzjoni industrijali.