L-RSM issaħħaħ postha bħala kumpanija ta’ daqs medju f’Malta

Il-kumpanija tal-kontabilità Spiteri Bailey & Co se tingħaqad mal-kumpanija membru tal-RSM f’Malta mill-1 ta’ Jannar 2016. Bis-saħħa ta’ din is-sħubija, l-RSM se ssaħħaħ postha bħala waħda mill-kumpaniji medji ewlenin ta’ Malta.
Il-kumpanija l-ġdida bejn żewġ imseħbin, RSM, se tkun qed timpjega fuq bażi full time firxa unika ta’ talenti ta’ madwar 100 professjonist ikkwalifikati f’dixxiplini differenti li jinkludu l-kontabilità, il-liġi, l-IT, it-taxxa u l-immaniġġjar tar-riskji. B’hekk l-RSM se tkun tista’ tipprovdi soluzzjonijiet ta’ servizz komplut, tal-ogħla livell, lill-klijenti tagħha. 
L-entità l-ġdida li se tibqa’ membru attiv ta’ RSM International, se jkollha 7 msieħba mmexxija mis-Sieħba Maniġerjali Maria Micallef.
Il-maġġoranza tas-servizzi u tal-istaff se jibqgħu fl-uffiċċji tal-RSM, l-Imrieħel, filwaqt li mill-uffiċċji ta’ Spiteri Bailey f’Birkirkara għalissa se jingħataw is-servizzi relatati mal-awditjar.
Il-kumpanija se tmur f’binja akbar u aktar moderna fl-2016.