L-R-factor jitla’ 1.5 – Marmarà

Read in English.

Skont l-Istatistiku Dr Vincent Marmarà bħalissa l-R-factor f’Malta, jiġifieri r-rata tat-trażmissjoni qiegħed 1.5, iktar minn dik tal-15 ta’ Mejju li għadda fil-qilla tal-pandemija. Dakinhar ir-rata li biha persuna tista’ tinfetta oħrajn kienet ta’ 1.3.

F’intervista ma’ Fr Joe Newsbook Hour l-istatistiku Dr Vincent Marmarà, spjega tul il-pandemija kienet tliet ċikli fejn l-R-factor telgħet iktar minn 1. Huwa li tul il-pandemija, il-pajjiż irnexxilu jżomm l-imxija taħt kontroll peress li kellna l-curva taż-żidiet fil-każijiet li kienet pjuttost ċatta.

Jekk Malti  jitlaqa ma’ Taljan f’Supermarket, hemm iktar possibilita’ li jagħtih il-virus milli jieħdu mingħandu – MAM

Min-naħa tiegħu, il-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija Martin Balzan stqarr li minkejja li r-rata ta’ mortalita’ f’Malta hija baxxa, 1.5, dan ifisser li minn 250 każ li għandha bħalissa, jistgħu jmutu tlieta persuni.

Huwa qal li hemm ħames persuni li qegħdin l-isptar u  l-kundizzjoni tagħhom mhix tajba.

Balzan qal li skont statistika maħruġa mill-CDC, iċ-ċentru tal-kontroll tal-Infezzjoni, juru li jekk Malti jiltaqa ma’ Ingliz f’Supermarket, iċ-ċansijiet li l-Ingliz jiġi nfettat huma tliet darbiet iktar milli li jkun hu li jinfetta’ lil Malti. Fl-istess mod, din ir-rata titla’ għal 10 darbiet jekk Taljan jiltaqa ma’ Malti.