Il-Pulizija tarresta grupp imdaqqas ta’ immigranti llegali f’Ħal Qormi

Il-Pulizija qed iżomm kważi 30 persuna li nstabu qed jgħixu f’dar fit-triq il-Wied f’Ħal Qormi.

Jirriżulta li l-immigranti minn pajjiżi Afrikani, m’għandomx permess jgħixu f’pajjiżna. Ħafna minn dawn kienu f’pajjiżna b’permess għal perjodu qasir li madankollu kien skada.

L-ammont kbir ta’ persuni ttieħdu għal iktar investigazzjonijiet, iżda oħrajn ma nstabux fil-post waqt l-ispezzjonijiet tal-Pulizija.