Il-PN jiċħad li ħaddiema tiegħu urtati

Pierre Portelli

Il-Partit Nazzjonalista ċaħad u kkundanna rapport li deher fl-Orizzont dwar l-ġurnal allega li rċieva email li intbagħtet lill-ġurnal ta’ General Workers’ Union minn dak li kien deskritt bħala grupp ta’ Ġurnalisti tal-PN dwar l-aġir tac-Ċermen Eżekuttiv Pierre Portelli.

Fi ittra bl-avukat li ntbagħtet f’isem Portelli, intqal li d-dokument huwa “wieħed qarrieq u mhix veritier, għaliex ġie iġġeenrat minn ittra elettronika fażul maħluq minn individwu li l-iskop tiegħu huwa biss li jagħmel ħsara lil Portelli u lill-midja tla-PN.”

Newsbook.com.mt kien irċieva l-istess email ippubblikat mill-gazzetta l-Orrizzont iżda għażel li ma jippubblikahx minħabba li ma setgħax jivverifika l-fatti indipendentament.

Il-Partit Nazzjonalista qal li filwaqt li  juri solidarjetà sħiħa ma’ Portelli u mal-ħaddiema ta’ Media.Link u jtenni l-fiduċja tiegħu fihom.

Fl-istess ħin intbagħtet dikjarazzjoni ffirmata mill-ġurnalisti tan-Net News fejn ċaħdu l-allegazzjonijiet li saru fl-artiklu.