L-Orkestra Maltija tirritorna minn tour fiċ-Ċina

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta għadha kif irritornat minn tour ta’ disat ijiem fiċ-Ċina li matulu daqqet fi tmien kunċerti.
Din kienet l-ewwel darba, fl-aħħar sitt snin, li l-Orkestra daqqet barra minn Malta. Din id-darba ż-żjara seħħet f’uħud mill-bliet prinċipali taċ-Ċina fosthom Hangzhou, Suzhou, Liuzhou u Shanghai.
L-Orkestra kienet taħt id-direzzjoni tas-surmast Kroat Miran Vaupotich.
Kienet akkumpanjata mill-pjanista Charlene Farrugia u mis-sopran Clare Ghigo, kif ukoll fuq l-accordion minn Franko Bozac.
Ir-repertorju kien jinkludi xogħlijiet ta’ Johann Strauss, Camille Saint-Saens, Johannes Brahms u Astor Piazzolla flimkien ma’ mużika tal-kompożitur Malti Christopher Muscat u mużika Ċiniża.
Fl-aħħar jum tas-sena, l-Orkestra daqqet fil-Jiangxi Arts Centre. 
Ritratt: DOI – Pierre Sammut