L-Orkestra Filarmonika teżegwixxi ‘The Planets’

Is-suite epika ‘The Planets’ ta’ Gustav Holset se tindaqq mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u se tkun il-qofol ta’ kunċert li se jittella’ f’Novembru.
Fil-kunċert, li se jsir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-orkestra se tkun immexxija mid-direttur mużikali Grieg, Michalis Economou. Economou kien diġà dderieġa l-Orkestra ta’ Malta f’Novembru 2016 f’kunċert  tax-xogħlijiet ta’ Dvorak u Elgar quddiem udjenza li mliet it-Teatru Manoel.
The Planets inkitbet minn Holst bejn l-1914 u  l-1916. Kull wieħed mis-seba’ movimenti jiffoka fuq pjaneta individwali fis-sistema solari u s-sifinikat ta’ kull waħda minnhom.
Il-kunċert se jsir nhar l-Erbgħa 15 ta’ Novembru fit-8.00pm. Biljetti jistgħu jinxtraw minn showshappening.com.