L-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta jfakkar id-900 sena mit-twaqqif tiegħu

Il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann qiegħed jiċċelebra id-900 sena mit-twaqqif tiegħu f’Ruma. Dan l-Ordni kien twaqqaf fil-Medju Evu u huwa wieħed mill-ftit li għadhom attivi sal-lum fejn sar organizzazzjoni umanitarja internazzjonali.

L-Ordni qal li l-battalji tiegħu illum ma għadhomx isiru bix-xwabel imma b’metodi paċifiċi kontra l-faqar, il-mard, l-isolazzjoni u fl-istess ħin tipproteġi l-fidi. Din l-Ordni kienet rikonoxxuta uffiċjalment mill-Papa Paskal it-Tieni fi Frar tal-1113.

Bħala parti minn din iċ-ċelebrazzjoni, se tiġi organizzata quddiesa fejn fiha se jieħdu sehem iżjed minn elf kavallier bl-ilbies tradizzjonali tagħhom. Huma se jiffurmaw purċissjoni li twassalhom fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Waqt il-quddiesa, il-Papa Benedittu Sittax mistenni jagħtihom il-barka u jrodd hajr għall-karità li qegħdin jagħmlu mal-foqra u l-morda madwar id-dinja kollha.

Il-Gran Mastru preżenti huwa Matthew Festing, li ġie elett f’din il-kariga għal ħajtu kollha u huwa Kardinal fil-Knisja Kattolika.