L-opra u l-pop jaħbtu ras ma’ ras

L-opra u l-pop se jiżżewġu f’kunċert li jsir ta’ kull sena f’Għawdex mill-Gozo Youth Orchestra.

Il-kunċert, li qed isir għal 11-il sena konsekuttiva, se jkun taħt id-direzzjoni tal-fundatur u surmast Mro Dr Joseph Grech. Il-kunċert se jittella’ nhar it-Tnejn 30 ta’ Lulju fit-8.30pm.
Fl-ispettaklu se jidwu l-vuċijiet tas-sopran Għawdxija li tgħix New York Pamela A. Cibrano, tat-tenur Taljan Francesco Joseph Nicodeme u tal-Għawdxi Noel Galea. Dawn se jkunu akkumpanjati miż-żgħażagħ Sarah Bonnici u Francesca Sciberras.

Il-kunċert qed isir b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex u l-Patroċinju distint tal-Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta G. Kathleen Hill. Il-biljetti jistgħu jiġu riservati billi ċċempel fuq 79421611/99421611 jew b’imejl fuq gozowindbandorchestra@yahoo.co.uk.

Ritratt: MGOZ George Scerri