L-Oppożizzjoni titlob investigazzjoni dwar l-ingaġġ tal-ħaddiema fil-Wasteserv, il-Ministru Josè Herrera jilqa’ t-talba

Membri tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed jitolbu lill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi (PAC) biex jinvestiga l-ingaġġ ta’ ħaddiema fil-Wasteserv bejn Jannar 2016 u Ġunju 2017.
F’ittra ffirmata mit-tliet membri tal-Oppożizzjoni fil-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi Karol Aquilina, Kristy Debono u Claudio Grech, intqal li l-Kumitat għandu jinvestiga kull ingaġġ li seħħ fiż-żmien imsemmi, kemm fuq bażi full time part time, kif ukoll permezz ta’ contract of service jew contract for service.
Il-Ministru Josè Herrera jilqa' t-talba tal-Oppożizzjoni
Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera laqa' t-talba tal-Oppożizzjoni sabiex jiġu diskussa l-ħaddiema fil-WasteServ.
Fi stqarrija, il-Ministru Herrera qal li l-ħaddiema huma kruċjali fil-kisbiet u l-isfidi ta’ Malta fl-immaniġjar tal-iskart.
Temm jgħid li se jikkopera bi sħiħ f'din id-diskussjoni.