L-Oppożizzjoni tissuġġerixxi kors għal min jiżżewweġ biċ-ċivil

woman half face

L-Oppożizzjoni ssuġġeriet lill-Gvern li jintroduċi kors ta’ tħejjija għall-koppji li jiżżewġu biċ-ċivil.

Dan is-suġġeriment għaddieh il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Hermann Schiavone lill-Ministru għall-Familja Michael Falzon meta staqsieh jekk jeżistux korsijiet ta’ dan it-tip.

Falzon wieġeb li m’hawnx korsijiet għal min jiżżewweġ biċ-ċivil, għall-kuntrarju ta’ min jiżżewweġ bil-Knisja li huwa obbligat isegwi l-kors Ta’ Kana. Il-Ministru qal li se jieħu nota ta’ dan is-suġġeriment.