L-Oppożizzjoni qed tfittex il-paċi; il-Gvern qed ifittex il-memorandum – Delia

Luke Zerafa

Read in English.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, li bħalissa l-President qed jiddetermina hux se jibqa’ f’dik il-kariga jew le, qal li filwaqt li l-Oppożizzjoni qed tfittex il-paċi interna, il-Gvern għadu qed ifittex il-memorandum il-mitluf dwar it-trasferiment tal-isptarijiet.

Fuq Twitter Delia kompla jgħid li l-Gvern qed iħallas kwart ta’ miljun kuljum mit-taxxi tan-nies u li qed jitlef €98 miljun fis-sena mill-Electrogas.

“Kemm qed inpoġġi l-affarijiet f’perspettiva,” qal il-Kap Nazzjonalista.

Id-19 il-membru tal-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista li jridu jkeċċu lill-Kap tagħhom qalu li l-Partit Laburista, bil-kelliema u l-midja tiegħu żied id-difiża għall-Kap Nazzjonalista Adrian Delia bis-saħħa fl-aħħar jiem.

Id-19-il qalu li għandhom fiduċja sħiħa li l-mekkanimżu li tipprovdi l-Kostituzzjoni ta’ Malta se jwassal biex Therese Comodini Cachia tinħatar mill-President bħala Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-memorandum tal-ftehim għat-trasferiment tal-isptarijiet pubbliċi lill-kumpanija privata li kienet intgħażlet ma jistax jinstab.