Il-PN mhux se jiddibatti sakemm Muscat jibqa’ PM – Delia

Read in English.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista mhux se tipparteċipa fl-avvenimenti tal-Parlament, sakemm il-Prim Ministru Joseph Muscat jibqa’ fil-pożizzjoni tiegħu.

Ilbieraħ Muscat ħabbar li se jirriżenja f’Jannar tas-sena d-dieħla. Dan wara l-iżviluppi li ħarġu fl-aħħar jiem b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Dr Delia stqarr li Muscat irid jibqa’ jimmanipula l-investigazzjonijiet. “Għall-Oppożizzjoni dan mhux aċċettabbli u għalhekk l-Oppożizzjoni se tieqaf tipparteċipa.

Jarmu l-karti tal-flus lejn l-MPs Laburisti

L-MPs tal-Oppożizzjoni ntefgħu jarmu l-karti tal-flus lejn id-Deputat tal-Partit Laburista. Wara dan l-aġir, il-membri tal-Oppożizzjoni ħarġu mill-Parlament. Id-deputati tal-Gvern Laburista nfexxew jgħajtu u jsabbtu fuq l-imwejjed bi protesta għat-tfigħ tal-karti mill-Oppożizzjoni.