​“L-Oppożizzjoni, mhux it-terroristi hi theddida għas-sigurtà”

“L-Oppożizzjoni, mhux it-terroristi hi theddida għas-sigurtà”
Hekk qal il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela waqt dibattitu li segwa stqarrija Ministerjali li huwa ta dwar id-deċiżjoni tal-Gvern li jestendi s-sospensjoni tat-Trattat ta’ Schengen anki wara li jintemm iċ-CHOGM.
Abela sostna li l-Oppożizzjoni qed tallarma l-pubbliku b’mod speċjali bid-dubji li qed tqanqal dwar in-numru ta’ barranin li nqabdu f’pajjiżi terzi waqt li kienu qed jivvjaġġaw lejn Malta b’passaport falz.
Huwa sostna li d-deċiżjoni dwar l-estensjoni tas-Sospensjoni tax-Schengen ittieħdet għas-salvagwardja tas-sigurtà ta’ Malta u fid-dawl tar-racket dwar barranin b’passaporti foloz li qed jippruvaw jidħlu Malta.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li l-Gvern ma joqgħodx fuq rapporti fil-mezzi tax-xandir barranin iżda fuq rapporti tas-servizzi tas-sigurtà ta’ diversi pajjiżi barranin.