L-Oppożizzjoni lesta biex tkun alternattiva vijabbli għall-Gvern – Simon Busuttil

Waqt l-ewwel laqgħa tax-shadow cabinet il-ġdid, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni tinsab lesta li tagħmel il-bidliet kollha li hemm bżonn biex il-poplu Malti jkollu alternattiva vijabbli għall-Gvern.
Simon Busuttil sostna li qed jistenna l-ogħla standards fix-xogħol tal-kelliema tal-Oppożizzjoni u li jħallu r-riżultat.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni żvela li nhar it-Tnejn se jkun qed iħabbar l-ewwel tliet miri li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jiffoka u jaħdem fuqhom fil-ġimgħat li ġejjin.