“L-Oppożizzjoni l-ikbar problema tal-pajjiż għax assenti u dilettanta” – Muscat

Read in English.

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li l-problema ta’ dan il-pajjiż hi l-Gvern qed jitkellem waħdu minħabba oppożizzjoni assenti mmexxija minn nies dilettanti fil-qasam ekonomiku.

Il-Prim Ministru qal li qed jaħdem biex jattira iktar investiment lejn Malta bil-laqgħat li qed ikollu f’New York u l-Kanada ma jiddejjaq xejn mill-kritika li ssiru li spiċċat salesman għal Malta.

AQRA: Joseph Muscat jiltaqa’ ma’ Donald Trump ġewwa New York

Meta kien qed jitkellem bit-telefon fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista waqt li qed ikompli biż-żjara tiegħu fl-Istati Uniti u l-Kanada, Muscat qal li l-Oppożizzjoni trid lill-Gvern jonqos milli jonora ż-żidiet li ngħataw il-Pulizija, nurses u l-għalliema kif ukoll ma jimpjegax iktar LSE u carers. Il-Prim Ministru qal li b’hekk biss il-Gvern jista’ jnaqqas in-nefqa rikorrenti tiegħu kif qed titlob l-Oppożizzjoni. Muscat qal li l-veritá hija li l-Gvern qed idaħħal iktar mill-VAT għax in-nies qed jonfqu iktar u mill-bolla għax iktar ħaddiema qed isibu impjieg.

Dwar is-sena skolastika l-ġdida, Muscat qal li din hija sena speċjali fejn tidħol ir-riforma l-ġdida taħt l-isem MyJourney fejn aktar minn 60 fil-mija tal-istudenti tad-disa’ sena għażlu suġġett vokazzjonali.