L-Oppożizzjoni b’impenn kontra l-korruzzjoni fl-isport

Il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista approva mingħajr emendi l-abbozz tal-liġi dwar il-korruzzjoni fl-isport.
F’ittra ffirmata mill-Whip David Agius u mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi, jingħad li l-Partit Nazzjonalista qed jagħti appoġġ lit-task force mwaqqfa mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol Malti (MFA).
Agius u Azzopardi ħeġġew lill-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo (biex jitlob lill-Gvern iressaq l-abbozz fil-Parlament.
L-Oppożizzjoni offriet ukoll l-għajnuna tagħha kontra l-korruzzjoni fl-isport, li ġie deskritt bħala “marda qerrieda li teżisti fl-isport f’pajjiżna.”