Aġġornata: L-Oppożizzjoni bi 13-il emenda dwar iċ-Ċittadinanza

Il-Kap tal-Oppożizzjoni ippropona lill-Prim Ministru 13-il emenda lill-Avviż Legali dwar l-iskema taċ-ċittadinanza. 
 
F’korrispondenza mibgħuta lill-Prim Ministru, l-Oppożizzjoni tgħid li għandu jiġi ċċarat li ħadd m’għandu jingħata ċ-ċittadinanza Maltija jekk ma jkunx għex Malta għal perjodu ta’ residenza effettiva ta’ mhux inqas minn 12-il xahar.  
 
Simon Busuttil qed jitlob lill-Prim Ministru jikkunsidra dawn l-emendi u jressaq Avviż Legali emendat. 

Hawn taħt tista' taqra l-emendi li qed tressaq l-Oppożizzjoni.

Reazzjoni tal-Gvern
B’reazzjoni għall-emendi, il-Gvern qal li l-Oppożizzjoni qed tmur kontra l-iskrutinju u t-timbru ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
Saħaq ukoll li Iż-żmien kollu li ħadet l-Oppożizzjoni biex tirreaġġixxi għall-Avviż Legali juri ċar li ma kellhiex fuq xiex tibbaża l-argumenti tagħha u li qed tipprova ttawwal biex ittellef mis-suċċess tal-iskema.