L-OPM bi 38 impjegat bħala persons of trust

OPM Kastilja

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li għandu 38 impjegat fl-uffiċċju tiegħu li huma impjegati fuq bażi ta’ person jew position of trust. Fost dawn hemm 14-il operatur tal-customer care, sitt messaġġiera jew xufiera, kif ukoll ħames delegati speċjali.

Il-lista kollha hi din:

  • Żewġ receptionists
  • Żewġ assistenti
  • Żewġ uffiċjali għolja tal-Kabinett
  • Żewġ kordinaturi tal-Kabinett
  • Ħames delegati/special envoys
  • 14-il ħaddiem tal-customer care
  • Sitt messaġġiera/xufiera
  • Kordinatur wieħed tal-customer care
  • Uffiċjal wieħed tal-mistoqsijiet parlamentari (PQs)
  • Żewġ kordinaturi tal-komunikazzjoni
  • Kordinatur wieħed tal-estates

It-total annwali ta’ pagi tagħhom jammonta għal €851,750.

Il-Prim Ministru kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech meta ta din l-informazzjoni.