​“L-operazzjonijiet żgħar se jibdew isiru fiċ-Ċentri tas-Saħħa” – il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li hekk kif iċ-Ċentri tas-Saħħa jkunu mgħammra tajjeb, l-operazzjonijiet iż-żgħar se jibdew isiru fihom.
Waqt il-laqgħa Viċin Tiegħek – Gvern li Jisma’ , il-Prim Ministru  sostna li l-qasam tas-saħħa se jkollu bżonn 100 sodda iktar kull sena u li l-Gvern se jkun impenjat biex iwettaq din il-ħtieġa.
Dwar l-airstrip f’Għawdex, Dr Joseph Muscat qal li l-Gvern qed jikkunsidra l-proposta ta’ grass strip li tmur iktar mal-ambjent tal-madwar.  Sostna li minkejja l-entużjażmu għal dan il-proġett, il-Gvern l-ewwel se jevalwa l-impatt ambjentali.
Sostna li l-Gvern mhu se jippermetti l-ebda ħjiel ta’ korruzzjoni għax din hi taxxa li jrid iħallas il-poplu.
Il-Prim Ministru laqa’ wkoll id-deċiżjoni tal-Partit Nazzjonalista li jivvota favur in-nomina ta’ Marie-Louise Coleiro Preca bħala l-President il-ġdid ta’ Malta.