L-operazzjoni ssir b’suċċes: Gomes se jirkupra totalment

Everton ħabbru li l-operazzjoni li kellu jagħmel Andre Gomes għaddiet b’wiċċ il-ġid. Hu kiser u diżloka l-għaksa waqt il-logħba kontra Tottenham nhar il-Ħadd waqt tackle ta’ Son Heung-min.

Everton ikkonfermaw li Gomes kien se jkollu jagħmel operazzjoni wara li ttieħed b’urġenza l-isptar. Wara l-operazzjoni, il-klabb ħabbar fuq Twitter li Gomes kapaċi jirkupra totalment minn din l-injury, iżda ma tawx iż-żmien li se jkun qed jagħmel barra.

F’isem Gomez, il-klabb irringrazzja lill-partitarji ta’ Everton kif ukoll lill-familja tal-futbol b’mod ġenerali għan-numru ta’ messaġġi ta’ kuraġġ li rċivew wara l-logħba.

AQRA: Son imbikkem wara tackle ħażina fuq Gomes