L-operaturi tal-lukandi Corinthia se jixtru l-lukandi tal-Island Hotels Group

International Hotel Investments, li joperaw il-lukandi Corinthia u Island Hotels Group Holdings, li joperaw il-lukandi Radisson f'Malta ħabbru li se jingħaqdu, hekk kif International Hotel Investments se tixtri l-kumpanija Island Hotels.
Fi stqarrija ntqal li din hija opportunita’ tajba għax-shareholders ta’ Island Hotels.
Mill-banda l-oħra International Hotel Investments tqis li dan l-investiment se jkompli jsaħħaħ is-settur tal-lukandi u l-catering kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.
Il-ftehim bejn iż-żewġ kumpaniji mistenni li jidħol fis-seħħ fix-xhur li ġejjin, bit-tmexxija ta’ Island Hotels se tibqa tmexxi il-lukandi f’San Ġiljan u Golden Sands.
Intlaħaq qbil ukoll li x-xogħol tal-ħaddiema preżenti se jiġu ssalvagwardjat.