Read in English.
L-Assoċċjazzjoni Maltija tal-Piloti tal-Ajru (ALPA) qalet li l-operat tal-Air Malta ma ġiex aġġornat sabiex jirrifletti t-tibdil li sar mil-linja tal-ajru nazzjonali wara tkeċċew l-First Officers minn mal-kumpanija.
L-ALPA qalet li wara li dak li qal il-Kap tar-Riżorsi Umani tal-Air Malta James Genovese l-assoċċjazzjoni nnotat li minkejja l-manwal tal-operat u programmi ta‘ tħariġ ġew approvati mill-awtoritajiet, l-Air Malta għadha ma daħlitx fis-seħħ dawn it-tibdiliet. Genovese fil-Qorti qal li jista’ jkun hemm xi nuqqas ta’ sigurtà fil-cockpit jekk żewġ kaptana jkunu qed joperaw fl-istess titjira.
Dan wassal biex l-assoċċjazzjoni qiegħda titlob biex il-linja tal-ajru tagħmel risk assessment li jirrefletti t-tibdil fil-ħaddiema tal-linja tal-ajru.
L-assoċċjazzjoni tal-piloti għamlet appell formali lil Air Malta biex jikklarifika l-kummenti ta’ Genovese u appellat biex l-Air Malta tieħu miżuri neċessarji sabiex l-membri tagħha ma jkunux f’riskju żejjed waqt il-ħin tax-xogħol.
M’hemmx riskju li żewġ piloti jkunu fl-istess titjira – Air Malta
L-Air Malta b’reazzjoni għall-istqarrija tal-ALPA qalet li l-linji tal-ajru qegħdin jagħmlu l-almu tagħhom biex jerġgħu jibdew joperaw fis-sitwazzjoni preżenti u biex kemm jistgħu isalvaw l-impjiegi. L-Air Malta appellat lil ALPA biex ma jkomplux jgħaddu messaġġi li jistgħu jiżgwidaw lill-poplu.
L-Air Malta qalet li m’hemm l-ebda riskju jekk żewġ piloti jkunu fl-istess titjira. L-Air Malta qalet li l-kwistjoni ta’ sigurtà msemmija mill-ALPA mhux qiegħda tgħid il-verità.