Read in English.
Il-bastiment Open Arms fl-aħħar sigħat għamel il-wasla tiegħu fl-ibħra territorjali Taljani viċin Lampedusa wara li lbieraħ ingħata l-permess li jagħmel dan min-naħa tal-awtoritajiet. Intant media internazzjonali qed jgħidu li l-ekwipaġġ qed jitlob evakwazzjoni medika.
It-Tribunal Amministrattiv ta’ Lazio tahom raġun wara li ġie ppreżentat rikors quddiem il-Qorti Taljana kontra d-digriet tal-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini.
Aqra: Qorti Taljana tissospendi d-digriet ta’ Salvini; Open Arms jitħalla jidħol fl-ibħra
Open Arms ilu bla port sigur għal dawn l-aħħar 14-il jum b’madwar 150 persuna abbord il-bastiment. Fi Tweet l-għaqda spjegat li minkejja li ma tistax tidħol fil-port, tinsab pass iktar viċin.
🔴#UPDATE#OpenArms in punto fonda in acque italiane con autorizazione da parte delle autorità. Dopo la minaccia di un nuovo decreto, siamo finalmente al riparo. Non abbiamo permesso per entrare in porto.
Una lunga notte, ma alla fine ci avviciniamo.#unportosicurosubito pic.twitter.com/VxTcm4vZCw— Open Arms IT (@openarms_it) August 15, 2019
Aqra: 1 mejjet u ieħor fil-periklu tal-mewt; l-AFM ittellagħhom minn dingi
Ilbieraħ il-Qorti Taljana ddeċidiet li tħalli l-bastiment jidħol fl-ibħra territorjali Taljani, hekk kif qieset li s-sitwazzjoni hi waħda gravi u urġenti. Il-Qorti sostniet li hemm bżonn ta’ azzjoni immedjata. Dan wara li l-Qorti rat rapporti mediċi u psikoloġiċi ta’ dawk li huma abbord il-bastiment.
Id-digriet ta’ Salvini jista’ jwassal għal multi sa €50,000 lill-kaptan tal-bastiment, lis-sid u lill-operatur jekk dan jidħol fl-ibħra Taljani mingħajr permess.
Giorno 14.
Vediamo terra. Lampedusa.
Il decreto è stato sospeso, siamo in Italia. Continuiamo a non avere un porto, ma la fine di questo incubo è più vicina.
L'umanità prevarrà su questa follia.#unportosicurosubito pic.twitter.com/feS73KaeIq— Open Arms IT (@openarms_it) August 15, 2019
Aqra: Żewġ nisa u familthom ġew evakwati minn Open Arms lejn Malta
Il-Kap tal-ħdima ta’ Open Arms Ricardo Gatti qal lil Euronews li l-immigranti abbord jinsabu f’kundizzjoni kritika u għandhom bżonn jiżbarkaw. Qal li skont it-testijiet li għamel it-tim mediku u psikoloġiku li hemm fuq il-bastiment il-persuni għandhom bżonn jiġu evakwati, speċjalment wara li huma għadhom kemm ġew minn sitwazzjoni ħażina ħafna fil-Libja u jinsabu f’sitwazzjoni psikoloġika riskjuża ħafna.