L-Opel tissokta bis-suċċessi fl-Ewropa

L-Opel tibqa’ għaddejja bir-rankatura tas-suċċess fl-Ewropa. Skont iċ-ċifri preliminari għal Ġunju, ir-reġistrazzjonijiet ta’ karozzi ġodda żdiedu b’aktar minn 9,800 meta mqabblin mal-istess xahar tas-sena l-oħra – żieda ta’ 9 fil-mija b’total ta’ 118,600 reġistrazzjoni ġdida. Is-sehem mis-suq kien ta’ 6.35 fil-mija. Anki r-riżultat miksub mill-Opel għall-ewwel sitt xhur tal-2015 huwa pożittiv.
Minn Jannar sa Ġunju, il-manifattur tal-karozzi biegħ 582,300 vettura. Dan huwa ekwivalenti għal sehem ftit aħjar mis-suq ta’ 5.9 fil-mija.
Fl-ewwel nofs tal-2015, l-Opel esperjenzat żieda fir-reġistrazzjonijiet f’20 suq Ewropew, inklużi l-Ġermanja (+2%), ir-Renju Unit (+4%), Franza (+7%), Spanja (+18%), l-Italja (+17%), il-Portugall (+21%), il-Polonja (+20%) u t-Turkija (+36%). Il-marka rreġistrat tkabbir tas-sehem tagħha mis-suq f’aktar minn 13-il suq Ewropew.
F’Ġunju, l-Opel waslet fl-ewwel post fis-suq Ungeriż tal-karozzi tal-passiġġieri, b’sehem ta’ 11.3 fil-mija mis-suq. Il-produttur tal-karozzi bbażat Rüsselsheim ħa wkoll it-tieni post fl-istatistika tar-reġistrazzjonijiet fl-Awstrija u fl-Olanda. Għal darb’oħra, reġgħet kienet il-Mokka li spikkat fuq quddiem fil-portafoll tal-karozzi tal-passiġġieri, b’żieda ta’ 28 fil-mija. Ir-reġistrazzjonijiet tal-Corsa telgħu bi 12 fil-mija, segwiti mill-ADAM b’disgħa fil-mija.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt