L-Opel ADAM b’għażla ta’ mudelli fantastiċi

Il-karozza l-ġdida Opel ADAM, li tiddistingwi b'mod mill-aktar straordinarju  minn kull tip ta' karozza oħra, mil-lum 'il quddiem se tkun aktar unika u distinta.
It-teknoloġija ġdida u karatteristiċi oħrajn ġodda qed joffru għażla akbar ta' mudelli fil-familja tal-karozzi Opel ADAM – ewlenin il-mudell Swing Top li issa qed jiġi ppreżentat ukoll b'saqaf tal-kanvas fuq il-verżjoni mini-crossover tal-mudell ADAM ROCKS, kif ukoll fuq il-mudell Opel ADAM li hu l-aktar disinjat bħala karozzi bi stil u li jiddistingwu wkoll għaliex huma l-aktar ideali għas-sewqan fiċ-ċentri tal-bliet.
B'għafsa ta' buttuna, il-mudell ġdid ADAM SWINGTOP joffri veduta mill-isbaħ u li ma tiġix ostakolata minn xejn.
L-Opel qed joffri wkoll aktar għażliet fit-tħaddim tad-diversi mekkaniżmi tal-karozza, u issa qed toffri l-Easytronic 3.0, l-aħħar teknoloġija fit-tħaddim awtomatiku tal-karozza, l-aktar għal dawk is-sewwieqa li ma jkunux iridu jaqilbu kompletament is-sistema tat-tħaddim tal-karozza.
L-element innovattiv tal-Easytronic kien żvilupp mill-aktar importanti fl-introduzzjoni ta' dan il-mudell li qiegħed ukoll joffri kumdità akbar fis-sewqan.
Flimkien mal-magna 64 KW/87 hp 1.4-litre, il-mudell Easytronic 3.0 inaqqas il-konsum tal-fjuwil b'0.4 ta' litru għal kull mitt kilometru fuq il-verżjoni combined cycle meta paragunat mal-mudell five-speed manual transmission.
Kull min irid iduq l-esperjenza tal-mudell Opel ADAM verżjoni Swing Top u tat-teknoloġija tal-Easytronic 3.0 AT għandu jasal wasla sax-showroom  tal-Cars International, fi Triq l-Imdina, f'Ħal Qormi, u jesperjenza u jara b'għajnejh dak li qed joffri dan il-mudell ta' karozzi fil-familja tal-Opel.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt