L-omm maqfula fil-waħx: Tixhed fil-Qorti l-ġimgħa d-dieħla

Il-mara, li kellha tixhed f’din is-seduta, mistennija tixhed il-ġimgħa d-dieħla minħabba li l-appuntament biex tiġi ezaminata minn psikjatra kien skedat għat-Tlieta.
Il-każ seħħ fl-aħħar ta’ Ottubru li għadda wara li allegatament ir-raġel żamm bħala ostaġġ lil martu, meta qafilha f’post taħt l-art f’Rikażli fil-Kalkara
Ċertifikat tat-tabib Stephen Spiteri kien miċħud mill-Qorti minħabba li l-maġistra qalet li l-anzjeta mhix skuża biex ma tixhidx fil-Qorti. Qalet ukoll li tabib tal-familja ma jistax jeżamina lill-pazjenti għall-kundizzjoni psikjatrika.
L-avukat Franco Debono li qed jidher għall-akkużat qal li “kollox għandu limitu” filwaqt li allega li l-mara qed tagħmel minn kollox biex tixhed.
L-akkużat ta’ 37 sena minn Seychelles qed jinżamm taħt arrest preventiv wara aktar minn xahrejn li seħħ il-każ.
Huwa jibqa’ akkużat b'attentat ta' qtil, li poġġa ħajjet martu fil-periklu, li wettaq atti sesswali vjolenti, li żammha kontra l-volontà tagħha u li kkawżalha biża’. Barra minn hekk, ġie mixli wkoll li kellu l-eroina, li kkaġuna ġrieħi lil iben martu u li hedded lil uffiċjali tal-pulizija.