L-omm li ċċaħdet mill-ħolm biex ħadet ħsiebek

Għall-maġġoranza l-omm hi dik il-persuna li dejjem tkun hemm f’mument ta’ bżonn u li lesta tiċċaħħad mill-ħolm u l-aspirazjonijiet tagħha biex tieħu ħsieb il-familja.
Deema Shanin se tniedi wirja bl-isem Home is Where Mom is biex tiċċelebra s-sagrifiċċji li tagħmel omm għal familtha.
Din il-wirja, magħmula minn videosu ritratti se tittella’ bl-għan li tirrakonta ġabra ta’ stejjer ispirati mill-esperjenzi li kellha meta ltaqgħet ma’ diversi nies mill-Għarb f’Għawdex.
Dan il-proġett ħadu sehem fih ukoll studenti mill-iskola post-sekondarja Sir M.A. Refalo permezz ta’ sessjonijiet li fihom iffukaw dwar kif il-ħolm jista’ jiġi addattat f’ritratti.
B’kollaborazzjoni ma’ Vallleta 2018 u Spazju Kreattiv, din il-wirja se tittella’ għada fil-Ministeru t’Għawdex u tagħlaq fit-28 t’April.
Ritratt: Valletta 2018