L-Ombudsman jipproponi l-ħolqien ta’ Istitut għad-Drittijiet tal-Bniedem

L-Uffiċċju tal-Ombudsman qed jipproponi l-ħolqien tal-Istitut Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem.

Fi stqarrija l-Ombudsman qed jissuġġerixxi li dan l-istitut ikun wieħed awtonomu u mhux parti mill-Gvern.

Dan l-Istitut ikun responsabbli mill-ħarsien tad-drittijiet fundmentali tal-bniedem f’Malta filwaqt li jippromwovi l-ħarsien ta’ dawn id-drittijiet.

L-Uffiċċju tal-Ombudsman isostni li istituti bħal dawn madwar id-dinja jitqiesu bħala għodda importanti fl-implimentazzjoni nazzjonali tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, kif ukoll għall-ħarsien tagħhom.

L-Ombudsman qed jipproponi li l-Awtoritajiet u l-Għaqdiet kollha li jaħdmu f’dan is-settur sabiex jingħaqdu f’ħidma nazzjonali f’Kummissjoni li tħaddem dan l-Istitut, filwaqt li l-Kumissjoni tkun immexxija mill-Ombudsman stess