L-Ombudsman isejjaħ għal aktar skrutinju mill-awtoritajiet Maltin

L-Ombudsman Anthony C. Mifsud sejjaħ għal aktar skrutinju mill-awtoritajiet Maltin billi talab għal titjib fil-governanza tajba u għall-imbuttar lejn livell ogħla tà responsabilità
Fir-rapport annwali tiegħu ppreżentat lill-President tal-Kamra tad-Deputati, l-Ombudsman qal li “l-amministrazzjoni f’ambjent sigriet hija indikattiva ta' mentalità ta’ assedju u toħloq sens ta' nuqqas ta' sigurtà u dubju".
Żied jgħid li "l-awtoritajiet pubbliċi jidhru li adottaw metodu ġeneralment negattiv lejn id-dmir tagħhom li jiżvelaw informazzjoni u lejn d-dritt taċ-ċittadin li jkun infurmat".
Matul l-2017, l-Uffiċċju tal-Ombudsman irċieva 520 ilment li

  • 336 minnhom ġew investigati mill-Ombudsman Parlamentari,
  • 83 ġew investigati mill-Kummissarju għas-Saħħa,
  • 62 mill-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar u
  • t-39 l-oħra ġew investigati mill-Kummissarju għall-Edukazzjoni.

Huwa żvela wkoll li se jinħatar Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-Ombudsmen tal-Mediterran, kariga li ġiet ikkonfermata lilu fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħhom li saret fi Skopje, il-Maċedonja.
L-Uffiċċju tal-Ombudsman Malti qabel kien jokkupa l-kariga tà Teżorier, li issa ġiet amalgamats mar-responsabbiltajiet tas-Segretarju Ġenerali.
Tista' taqra r-rapport sħiħ hawnhekk.
Ritratt: DOI – Omar Camilleri