L-Ombudsman b’laqgħa kull xahar mal-Għawdxin

L-Uffiċċju tal-Ombudsman se jibda jżomm laqgħat regolari ta’ kull xahar ma’ ċittadini u dawk li jressqu l-ilmenti f’Għawdex.
Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Ombudsman ġie spjegat li din l-inizjattiva hi mmirata biex tqarreb aktar lill-Istituzzjoni tal-Ombudsman lejn dawk li jgħixu f’Għawdex.
Il-laqgħat se jibdew isiru fl-ewwel Sibt ta’ kull xahar bejn id-9am u l-11am fl-NGO Centre fix-Xewkija.
L-ewwel laqgħa se ssir fil-5 ta’ Diċembru.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat imejl fuq pro@ombudsman.org.mt jew fuq 22483212.