L-Olimpjadi sospiżi għas-sena d-dieħla

The Olympic rings are pictured in front of the International Olympic Committee (IOC) in Lausanne
The Olympic rings are pictured in front of the International Olympic Committee (IOC) during the coronavirus disease (COVID-19) outbreak in Lausanne, Switzerland, March 24, 2020. REUTERS/Denis Balibouse

L-Olimpjadi ta’ Tokyo u l-Logħob Paralimpiku li kellhom isiru din is-sena ġew sospiżi għas-sena d-dieħla. Id-deċiżjoni ttieħdet minħabba l-epidemija li għadha qawwija ferm madwar id-dinja.

L-avveniment kellu jibdħa nhar l-24 ta’ Lulju, iżda issa mhux se jibda qabel is-Sajf tas-sena d-dieħla. Il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe qal li ppropona li l-Olimpjadi jsiru fl-2021, u l-President tal-Kumitat Olimpiku Thomas Bach qabel perfettament.

Biċ-ċirkustanzi kif inhuma fil-preżent u bbażati fuq l-informazzjoni li qed toffri l-WHO, il-president tal-Kumpitat Olimpiku u l-Prim Ministru Ġappuniż ikkonkludew li l-Olimpjadi għandhom isiru fis-Sajf tas-sena d-dieħla.