L-Olanda u l-Belġju jagħtu affarijiet bażiċi għall-immigranti f’Malta

Mijiet ta’ persuni mill-Olanda u l-Belġju ġabru mal-500 kaxxa b’affarijiet għall-immigranti f’Ħal Far.
Il-kaxxi huma mimlijin b’affarijiet bażiċi, fosthom sapun, basktijiet, xugamani, dbielet u affarijiet għat-trabi.
Il-voluntiera qattgħu siegħat sħaħ jippakjaw il-kaxxi u jpoġġuhom abbord vapur bid-destinazzjoni finali tkun Malta.