L-Olanda responsabbli tal-mewt ta’ tliet irġiel f’Sebrenica

Il-Qorti Suprema Olandiża ddeċidiet li l-Olanda tinsab responsabbli għall-mewt ta’ tliet irġiel Musulmani Bożniaċi, li nqatlu waqt il-massakru f’Sebrenica tal-1995.

L-irġiel ġew ordnati li jitilqu minn kamp tal-Ġnus Magħquda immexxi mis-suldati Olandiżi meta sfaw attakkati mill-qawwiet Serbi.

Id-deċizjoni tikkonferma s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Appell sentejn ilu.

Il-massakru f’Sebrenica waqt il-gwerra fil-Bożnja huwa meqjuż bħala l-ikbar massakru wara t-Tieni Gwerra Dinjija.

Dakinhar inqatlu aktar minn 7,500 rġiel u tfal mis-suldati Serbi, li kienu mmexxija mill-Ġeneral Ratko Mladic.