L-Olanda rebbieħa bl-għoti tal-penalties

Il-logħba bejn l-Olanda u l-Kosta Rika offriet 90 minuta ta’ logħob mhux daqstant pjaċevoli teknikament imma mimlija eċċitament.
L-Olanda fl-aħħar ħinijet tal-logħba kellhom ċans kbir mingħand Van Persie li ra l-ballun salvat minn fuq il-linja mid-difensur avversarju u jaħbat mal-lasta.
Iż-żewġ xbieki baqgħu mla mittiefsa anki wara l-ħin barrani li kien mimli ċansijiet fuq kull naħa.
Meta l-ħin barrani kien wasal biex jintemm, il-kowċ Olandiż Van Gaal għamel bidla strateġika billi ħareġ lil gowlkiper Cillessen u daħal minfloku Krul.
Krul huwa espert fl-għoti tal-penalties u kellu staġun mill-aqwa ma’ Newcastle United, fejn f’logħba waħda kontra Tottenham għamel 14-il salvataġġ.
Il-mossa ta’ Van Gaal irnexxiet tajjeb ħafna għaliex Krul laqa’ l-penalties ta’ Ruiz u Arena.
L-erba’ penalties Olandiżi ġew skurjati minn Van Persie, Robben, Sneijder u Kuyt.
Filwaqt li Borges, Gonzalez u Bolaños skurjaw it-tliet penalties tal-Kosta Rika.
B’din ir-rebħa l-Olanda mistennija jilagħbu nhar L-Erbgħa li ġej kontra l-Arġentina.