L-Olanda ordnata tnaqqas l-emissjonijiet b’25%

Qorti fl-Olanda ordnat lill-pajjiż biex, sa ħames snin oħra, jaqta’ l-emissjonijiet ħżiena tiegħu bi kwart.
Għaqdiet ambjentali qed iqisu din is-sentenza bħala waħda storika hekk kif esprimew it-tama li wara l-Olanda, isegwu pajjiżi oħra fl-Ewropa u lil hinn.
Il-każ kien infetaħ mill-ambjentalisti f’isem qrib 900 ċittadin Olandiż.
L-argument tagħhom kien li l-Gvern Olandiż kellu d-dmir li jipproteġi liċ-ċittadini mill-perikli tal-bidla fil-klima.