L-OLAF jiċħad li Kessler iltaqa’ mal-Prim Ministru

L-Aġenzija Ewropea Kontra l-Frodi, dalgħodu ċaħdet li d-Direttur tiegħu Giovanni Kessler xi darba kellu kuntatt mal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi.
Ilbieraħ stess, Dr Lawrence bagħat stqarrija lill-midja jiċċara li hu qatt ma kellu konverżazzjonijiet jew xi forma ta' kuntatt, dirett jew indirett ma' Giovanni Kessler, la waqt u lanqas wara li serva bħala Prim Ministru ta' Malta.
Min-naħa tiegħu John Dalli qal li xi ħadd qallu li Kessler kien jaf li hemm recordings tal-laqgħat ma’ Gayle Kimberly u l-Prim Ministrsu.
L-OLAF ċaħad ukoll li Kessler kien jaf b’dawn ir-recordings.