L-OHSA twieġeb lir-raġel li weġġa’ waqt it-tħejjijiet ta’ “Ġensna”

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ressqet kontro-protest fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fejn ċaħdet l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tagħha meta seħħ inċident fl-MFCC f’Ta’ Qali waqt il-preparamenti għar-rock opera “Ġensna”.
L-OHSA qed tiċħad l-allegazzjonijiet kollha li saru minn Emanuel Ronayne, il-ħaddiem li weġġa’ fl-inċident f’Marzu li għadda, li ressaq protest fil-Qorti l-ġimgħa li għaddiet.
Ronayne insista li l-OHSA kisret il-liġi għax ma nvestigatx il-każ tiegħu.
Skont l-OHSA, kopja tal-kontro-protest se tiġi ppubblikata minnha ladarba l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili tieħu konjizzjoni tiegħu.