L-OHSA tistrieħ wisq fuq il-karti – NAO

Read in English.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) qal li l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) tistrieħ wisq fuq il-karti u l-excel biex tipproċessa l-informazzjoni. L-NAO qal li l-OHSA għandha tinvesti f’sistema tal-informatika (MIS) li tkun aktar adegwata biex iżżomm l-informazzjoni.

Illum l-Awditur Ġenerali Charles Deguara ppreżenta rapport tal-NAO dwar l-OHSA lill-Ispeaker Anġlu Farrugia.

Fir-rapport tiegħu l-NAO nnota li numru ta’ rakkomandazzjonijiet li ġew imressqa minn dan l-Uffiċċju fl-2016 ġew aċċettati, minkejja li l-livell ta’ implimentazzjoni jvarja minn rakkomandazzjoni għall-oħra.

L-NAO ammetta li l-akkwist ta’ MIS ikun jista ammont sinifikanti ta’ flus.

L-awdituri sabu wkoll li hemm nuqqas ta’ riżorsi umani fl-OHSA.

L-NAO qal ukoll li jifhem li checklist li tipprovdi għal kull ksur ta’ regoli possibbli tista’ ma tkunx prattika sabiex tiġi użata mill-uffiċjali tal-OHSA waqt l-ispezzjonijiet fuq proġetti ta’ kostruzzjoni. Madanakollu, dan l-Uffiċċju jisħaq li d-dettalji kollha tal-ispezzjoni jridu jiġu dokumentati b’mod kompresiv fuq checklistxorta waħda, bi ksur ta’ regoli li ma jkunux inklużi minn qabel f’din il-lista jiġu mniżżla fis-sezzjoni ‘Other Remarkstal-istess dokument. Din il-kunsiderazzjoni tirriżulta mill-fatt li numru sinifikanti tal-files ta’ spezzjoni riveduti mit-tim tal-awditjar ma kinux jinkludi fihom din iċ-checklist. Fil-ftit każijiet fejn din instabet fil-file rispettiv, l-NAO nnota li mhux dejjem kienu jkunu mimlija b’mod komprensiv.

Tista’ taqra r-rapport sħiħ tal-NAO minn hawn.