
L-Istati Uniti l-aktar pajjiż milqut mill-coronavirus, ilbieraħ irreġistra l-ogħla rata ta’ każijiet ġodda f’ġurnata mindu feġġet il-pandemija – 66,000 hekk kif il-President Amerikan Donald Trump deher għall-ewwel darba fil-pubbliku fil-maskra.
Huwa għamel dan meta żar l-isptar militari Walter Reed f’Washington fejn iltaqa’ ma’ suldati feruti.
F’kummenti li ħarġu mill-White House, Trump qal li hu qatt ma kellu xejn kontra l-maskri u li ħass li kellu jilbes waħda biex jipproteġi lis-suldati vulnerabbli.
Fil-passat, Trump kien iddieħaq bir-rivali tiegħu Joe Biden li deher fil-pubbliku libes maskra.