L-ogħla prezz tal-maskri se jkun 95ċ – Schembri

Aġġornat 12:05 PM
Miguela Xuereb

Read in English.

L-ogħla prezz tas-surgical masks se jkun ta’ €0.95.

Fuq Facebook il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri qal li l-prezzijiet massimi tas-surgical masks u tal-face shields se jiġu stabbiliti b’avviż legali. L-avviż jidħol fis-seħħ minn għada.

Il-prezz massimu għas-surgical masks se jkun ta’ €0.95. Dak tal-face shields se jkun ta’ €5.

Kull abbuż jista’ jiġi rrapportat lill-Pulizija fuq 22944504, 22944511 jew fuq pulizija@gov.mt.

“Dawk li jinqabdu jiksru dan l-avviż legali l-ewwel darba jistgħu jeħlu multa ta’ bejn €116 u €582, li din tista tibqa’ tiela’ sa €2,329 għal numru ta’ offiżi,” ħabbar Schembri.

Schembri rringrazzja lill-Ministru Chris Fearne u lis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista għall-kooperazzjoni tagħhom.

Mhux se nitolleraw abbuż ta’ prezzijiet esaġerati fuq iċ-ċittadini għal Disposable Surgical Masks jew Face Shields. …

Posted by Silvio Schembri on Sunday, May 3, 2020

Aktar tard fi stqarrija l-Ministeru għall-Ekonomija qalet li t-tibdil ġie deċiz b’konsultazzjoni sħiħa mal-Kamra tal-Kummerċ u l-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn