L-NSO tgħid li se tinkludi informazzjoni fuq inċidenti ta’ ċiklisti

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) qal li fl-istatistika li jmiss toħroġ għada dwar inċidenti tat-traffiku li saru fl-aħħar kwart tal-2017, se jkun qed jinkludi aktar informazzjoni fuq iċ-ċiklisti.
Dan wara li l-grupp taċ-ċiklisti BAG esprima t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta’ statistika li tinġabar mill-NSO dwar inċidenti tat-traffiku li jinvolvu ċiklisti.
Fi stqarrija, l-NSO ikkjarifika l-pożizzjoni tiegħu billi fakkar li mill-2017, inċidenti li jinvolvu roti u ċiklisti kienu qed jidhru separati fir-rapport ta’ kull kwart tas-sena, bl-isem ta’ Road Traffic Accidents.